IL-GIMGHA MQADDSA GEWWA
HELLIN
1
DAHLA
HADD IL-PALM
IT-TNEJN TAL-GIMGHA MQADDSA
IT-TLIETA TAL-GIMGHA MQADDSA
L-ERBGHA TAL-GIMGHA MQADDSA
HAMIS IX-XIRKA
IL-GIMGHA L-KBIRA.
2
Hellin hija belt fin-naha t’isfel tal-provincija ta’ Albacete fi
Spanja b’popolazzjoni li tghodd 31.109 (sas-sena 2010). Il-
popolazzjoni taghha taf tinghaqad u toffri gimgha ta‟
devozzjonijiet u gabra matul il-jiem tal-
Gimgha Mqaddsa.
L-Gimgha Mqaddsa gewwa Hellin hija
karakterizzata mid-daqq tat-tnabar u l-
purcissjonijiet. L-uzu tat-tambur fil-
Gimgha
Mqaddsa gewwa
Hellin ghandu l-
origini tieghu fis-
sena 1411 matul iz-zjara ta‟ San Vincenz
Ferrer li gie biex jippriedka kontra s-
shahar.
It-tambur huwa fih innifsu oggett ta’ MONUMENT GEWWA HELLIN LIT-
ammirazzjoni, minghajr ebda dubju, TAMBURISTI.
gojjel. Mijjiet u mijjiet ta’ daqqaqa tat-
tnabar jhabbtu fuq it-tnabar taghhom
minghajr waqfien, filwaqt li jimxu matul it-
3
toroq tal-belt. Id-daqqaq tat-tambur kien jilbes libsa sewda u
ghata tar-ras sewda ukoll, izda maz-zmien din imbidlet f’maktur
ahmar imdawwar ma’ l-ghonq. Ma hemmx eta’ jew sess biex
tkun wiehed minn dawk li jhabbtu fuq it-tambur. Dawn jistghu
jkunu migbura fi gruppi jew singli.
Hekk kif jibda’ ir-Randan, mill-ewwel jum tieghu, l-Erbgha ta’ l-
Irmied, il-belt tibda’ thejji ghall-manifestazzjonijiet tal-Gimgha
Mqaddsa. Il-festi mbaghad jibdew minn Hadd il-Palm bid-“Dhul
ta’ Kristu Gewwa Gerusalemm” bil-partecipazzjoni tal-
fratellanzi u l-konfraternitajiet kollha tal-lokal.
Fil-jum tat-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa ssir il-manifestazzjoni
tat-Triq tat-Tbatija (il-Via Sagra) li tohrog mis-Santwarju ta‟
Sidtna tar-Ruzarju” ghal 11.00 pm.
Responsabbli minn din l-attivita’ hija il-fratellanza ta’ “L-Iskola
ta’ Kristu” li tohrog bix-xbiha ta’Gesu’ Kurcifiss u ddur mat-
toroq tal-belt tirrecita l-Via Sagra fuq l-istazzjonijiet
tradizzjonali.
Il-jum tat-Tlieta jara l-purcissjoni imwaqqfa mill-fratellanza tad-
“Demm Prezzjuzissmu ta’ Gesu’ “ li l-isem shih taghha huwa l-
Fratellanza ta‟ San Anton Abbati, Marija Addolorata u d-Demm
Prezzjuz ta’ Kristu.” Il-manifestazzjoni tohrog mill-parrocca tal-
Qalb ta’ Gesu’.
Fil-jum ta’ l-Erbgha tal-Gimgha Mqaddsa isiru zewg
translazzjonijiet ta’ zewg titulari lejn il-knisja parrokjali ta’ Santu
4
Rokku wiehed it-titular ta’ Kristu ta’ Medinaceli u l-iehor ta’
Gesu’ fflagellat.
Ghall-habta tas-7.30pm tibda’ hierga l-purcissjoni ta’ Kristu fl-
Ort. Fiha tiehu sehem mhux biss il-fratellanza tat-titular izda
jippartecipaw xi uhud mill-fratellanzi ta’ Hellin.
Il-jum l-aktar importanti fil-Gimgha Mqaddsa gewwa Hellin
huwa il-lejl tal-Gimgha l-Kbira. Minn nofs il-lejl sa l-ewwel raggi
tax-xemx fil-Gimgha l-Kbira, il-hoss tat-tnabar ma jieqaf qatt u
jkunu akkumpanjati minn 17 il-fratellanza. Matul in-nofs ta’
nhar ta’ filghodu issir il-purcissjoni msejha tal-Kalvarju fejn fiha
jiehdu sehem bosta fratellanzi. Il-lejl tal-Gimgha l-Kbira huwa
lejl ta’ luttu gewwa Hellin u f’dan il-hin issir il-purcissjoni tad-
Difna Imqaddsa fejn il-protagonisti huma x-xbihat tad-Duluri u
Kristu mejjet. Fil-belt ta Hellin, hemm 25 konfraternitajiet u
fratellanzi li jiehdu sehem u jorganizzaw il-manifestazzjonijiet
tal-gimgha Mqaddsa bi 30 xbiha li juru mumenti mit-tbatijiet ta’
Kristu ghall-fidwa tal-bniedem. Hemm referenza li tghid li
kienet il-fratellanza tar-Ruzarju flimkien mat-tamburati (nies li
jhabbtu fuq it-tambur u li minnhom gewwa Hellin hemm mijiet)
li kienu jmexxu l-purcissjoni fis-
seklu 16.
Dawn huma l-konfraternitajiet
u l-fratellanzi prezenti gew
Hellin u s-servizz li jaghtu matul
dan iz-zmien imqaddes huwa c-
cavetta tas-success tal-festi:
5
• Id-dħul ta' Ġesù f’Ġerusalemm.
• Iskola ta ' Kristu, fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju.
• Fratellanza tas-Salib Imqaddes.
• Fratellanza tal-mara Samaritan.
• Fratellanza tal-Ċena Mqaddsa.
• Fratellanza ta 'l-Agunija fil-Gnien taz-Zebbug.
• Konfraternita’ ta 'l- Arrest.
• Fratellanza ta 'Ċaħda ta' San Pietru.
• Konfraternita’ tal-Flagellazzjoni
• Konfraternita’ tal-Kuruna tax-Xewk.
• Konfraternita’ ta’ l-ECCE HOMO.
• Konfraternita’ ta' Kristu Msallab u l-Madonna tad-Duluri.
• Fratellanza ta' Santa Marija Maddalena.
• Fratellanza ta' San Ġwann l-Evanġelista.
• Konfraternita’ tal-Madonna tad-Duluri.
• Konfraternita’ tal-Madonna ta’ l -Uġigħ.
• Fratellanza ta' Kristu Mejjet.
• Konfraternita’ ta’ Marija Dezolata u l-Fratellanza ta’ l-Rxoxt.
6
Grupp ta’ xbihat jifforma l-istatwa tad-Dhul ta’
Kristu gewwa Gerusalemm. Huwa maghruf bhala “Il-Burrica” u
huwa xoghol li gie mahdum fis-sena 1959 mill-artist Victor
Campus. L-istatwa hija
merfugha fil-knisja ta’ l-
Assunta li minnha tohrog il-
purcissjoni u li ghaliha
jattendu l-fratellanzi kollha.
IL-PURCISSJONI TA' HADD IL-
PALM
Ghall-habta tad-9 ta’ filghodu
fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ l-
Assunta jitbierek il-Palm u l-
fratelli minn diversi fratellanzi
tal-Gimgha Mqaddsa jiehdu
sehem fil-purcissjoni li ddum
ghaddejha madwar tlett sighat
mit-toroq ta’ Hellin. Wara li
tidhol mill-gdid fil-knisja issir ic-celebrazzjoni tal-quddiesa.
7
MUMENT MILL-PURCISSJONI TA’ HADD IL-PALM GEWWA HELLIN.
HADD IL-PALM FILGHAXIJA
Fl-istess jum ta’ Hadd il-Palm ghall-habta tas-7.00p.m. issir il-
purcissjoni ta’ Kristu Setghan (Cristo del Gran Poder) mill-knisja
tal-Frangiskani ghal dik tal-Kappucini, organizzata mill-
Fratellanza tad-Duluri, Kristu tal-Hniena u Kristu Setghan, biex
jinghaqad maz-zewg titulari ohra tal-fratellanza ghall-
purcissjoni ta’ Hamis ix-Xirka maghrufa bhala s-“Silencio.” Din il-
8
fratellanza giet inwaqqfa fis-sena 1948 u ghandha tlett statwi
titulari:
1. Statwa ta’ Marija Addolorata xoghol ta’ Jose’ Rodriguez
Fernandez Andez fis-sena 1946.
2. Kristu Setghan minqux fl-injam mill-istess skultur fis-sena
1948 u mlibbes bl-ilbies rikk.
3. D. Zamarano Jose Martinez hadem lil Gesu’ maqbud
prugunier, fis-sena 1962. Din l-istatwa hija mlibbsa bl-ilbies rikk
ukoll.
FRATELLI REFFIEGHA
9
L-ewwel u t-tielet statwa jinsabu ghall-qima tal-fidili fil-Knisja
tal-Kappucini filwaqt li dik ta’ Kristu Setghan tinsab fil-knisja tal-
Frangiskani. Huwa ghalhekk li f’dan il-jum issir it-translazzjoni
ta’ din l-istatwa mill-knisja tal-Frangiskani ghal dik tal-
Kappuccini.
FRATELLI
Din il-fratellanza ghandha madwar 700 fratell membru. Kull
fratell jilbes tunika tal-bellus blu bil-barnuza ta’ l-istess kulur
ghar-reffiegha u barnuz tas-satin abjad li jibqa’ niezel b’muzzeta
sa fuq is-sider ghall-fratelli l-ohra. Fuq sidirhom igibu l-emblema
FRATELLI LI JAKKUMPANJAW IL-PURCISSJONI
10
tal-fratellanza
taghhom li hija s-
salib ta’ Malta u fin-
nofs il-logo tal-
fratellanza. Ma’
qaddhom jilbsu
kurdun abjad u
f’saqajhom ixiddu s-
sandli. Kalzetti
bojod u ngwanti ta’
l-istess kulur
jaghmlu parti mill-
ilbies komplut
taghhom. F’idejhom
izommu xema
bajda. Kemm in-nisa
kif ukoll l-irgiel u
sahansitra tfal jistghu jkun membri ta’ din il-fratellanza.
werrej
11
L-istandard tal-
fratellanza huwa
xoghol fuq bellus blu
li juri il-Qalb ta’
Marija Ssma minfuda
b’sebghat isjuf u
mdawwar b’kuruna
ta’ ward. Inhadem fis-
sena 1951 mis-sorijiet
ta’ l-Adorazzjoni ta’
Madrid skond id-disin
ta’ Juan Perez Calvo.
L-ILBIES KOMPLUT TAL-FRATELLI Marija Addolorata
hija mqieghda taht
32 fratell. baldakkin kif inhi l-
uzanza gewwa
Spanja. Il-pedestall
jew “trono” kif jafuh l-
ispanjoli, huwa xoghol
fuq stil barokk u miksi
bid-deheb u l-fidda.
Ix-xbiha tingarr minn
It-“trono” ta’ Kristu Setghan huwa xoghol mahdum minn D.
Francisco Azorin u sar fis-sena 1992. Jingarr minn 40 fratell.
12
Dak ta’ Kristu tal-Hniena huwa xoghol fl-injam tal-qastan skolpit
minn D Francisco Azorin fis-sena 1997. Jingarr minn 44 fratell.
Barra li tiehu sehem fit-translazzjoni ta’ Kristu Setghan mill-
knisja tal-Frangiskani ghal dik tal-Kappuccini f’Hadd il-Palm
filghaxija, il-fratellanza toffri s-servizzi taghha f’Hadd il-Palm
filghodu, u f’Hamis ix-Xirka meta torganizza il-purcissjoni tas-
Silenzju.
Attivita’ ohra tal-fratellanza hija f’Settembru meta madwar ix-
xbiha ta’ l-Addolorata jimxu fit-triq f’pellegrinagg penitenzjali.
Biex izomm kuntatt mal-membri taghha u l-poplu, il-fratellanza
tippubblika fuljett jismu s-“Silencio” li jkun fih artikli fuq il-
hidma tal-fratellanza, informazzjoni fuq l-attivita’ ta’ zmien il-
Gimgha Mqaddsa u kontribuzzjonijiet ohra ta’ interess.
Il-fratellanza taghmel settenarju jew sebghat ijiem ta’
preparazzjoni ghall-festa tad-Duluri li liturgikament tkun
celebrata fis-16 ta’ Settembru. It-teserament ta’ membri godda
jsir fl-ewwel jum ta’ Settembru.
Ma jonqosx li jiccelebraw il-Festa tal-Hniena Divina u ta’ Kristu
Re billi wiehed mit-titular taghhom huwa Kristu, Missier il-
Hniena. Fil-kunvent tal-Frangiskani l-fratellanza torganizza
laqghat ta’ talb ghal erwieh tal-membri taghha mejtin.
13
KRISTU SETGHAN
KRISTU TA’ L-IMHABBA
14
MARIJA ADDOLORATA
15
F’dan il-jum ma jsirux purcissjonijiet hlief wahda penitenzjali
organizata mill-fratellanza ta’ l-Iskola ta’ Kristu, li l-bidu taghha
hu mis-Santwarju tar-Ruzarju.
Din tiehu forma ta’ talb fit-toroq permezz tal-Via Sagra skond l-
istazzjoniiet tradizzjonali. Tibda’ tard bil-lejl hafna ghall-habta
tal-11.00p.m.
Tingarr ix-xbiha ta’
Kristu mislub u
jinghad li din il-
manifestazzjoni toffri
vizzjoni ta’ kif setghu
kienu l-purcissjonijiet
fiz-Zminijiet tan-Nofs.
Din il-fratellanza giet
imwaqqfa gewwa
Hellin fil-15 ta’ Lulju
1726 fil-kappella tas-
Sinjura tar-Ruzarju li
aktar tard saret
santwarju. Il-
16
pedament tat-twaqqif taghha hu l-qima u d-devozzjoni lejn it-
tbatija ta’ Kristu b’mod specjali bit-talba tal-Via Sagra, kif ukoll
bl-assistenza lejn il-habsin ikkundannati ghall-mewt.
Din il-ghaqda xoljiet lejn tard id-19 il-seklu, izda f’Marzu 1974
regghet giet imwaqqfa mill-gdid fuq sisien tal-penitenza,
specjalment fir-Randan.
Infatti kull nhar ta’ Gimgha matul ir-Randan il-fratellanza
tirrecita l-Istazzjonijiet tat-Triq tat-Tbatija (Via Sagra) u
tikkollabora flimkien ma’ l-Assocjazzjoni tal-Fratellanzi biex
jorganizzaw il-Via Sagra fil-ghaxija fil-jum tal-Gimgha l-Kbira.
Il-fratelli jilbsu tunika u barnuza vjola b’kuruna mahduma mill-
habel imdawra ma’ rashom. Salib mehjut fit- tarf tal-barnuza li
tibqa’ niezla sas-sider flimkien mal-medalja tal-Vergni tar-
Ruzarju huma l-insinji li jiddistingwu lil din il-fratellanza.
werrej
17
Il-fratellanza ta’ San Anton Abbati, tad-Demm Prezzjuz ta’ Kristu
u tal-Vergni Addolorata torganizza l-purcissjoni fil-jum tat-Tlieta
tal-Gimgha Mqaddsa maghrufa
bhala l-purcissjoni tad-Demm
prezzjuz ta’ Santu Kristu. L-
ghaqda twaqqfet fis-sena 1837
u fratelli membri jghoddu mal-
725.
Il-purcissjoni tohrog mill-
parrocca tal-Qalb ta’ Gesu’.
L-istandard tal-fratellanza juri l-
logo ta’ l-ghaqda, salib ahmar
imdawwar b’kuruna tax-xewk
fuq bellus iswed irrakmat bil-
hajt tad-deheb.
It-tunika tal-fratelli hija bellus
iswed bil-ghata ghar-ras ta’ l-
istess kulur. Mar-ras ixiddu
kuruna u jithazzmu b’kurdun
18
ta’ kulur dehbi. Fuq
spallejhom jitfghu
mantell isfar. Zarbun
iswed u ingwanti bojod
jikkumplimentaw l-
uniform taghhom.
Il-fratellanza tippossiedi
zewg titulari tal-Gimgha
Mqaddsa. L-ewwel
wiehed huwa l-
Addolorata, xoghol ta’
Jose’ Zamorano, li
hadem fis-sena 1959 u
li jinsab fil-knisja tal-
Qalb ta’ Gesu’.
Fis-sena 1955 l-istess
artist Jose’ Zamorano
hadem il-kurcifiss u l-anglu, liema statwa biddlet dik ta’ Kristu
ta’ l-Agunija, xoghol ta’ Mariano Baglietto. Ta’ min jghid li
filwaqt li l-kurcifiss jinsab preservat fil-knisja tal-Kappuccini
Terzjarji, l-anglu li jakkumpanjah hu merfugh fil-knisja tal-Qalb
ta’ Gesu’.
Il-fratellanza tibghat rapprezentanza biex tiehu sehem fil-
purcissjoni ta’ Hadd il-Palm, u hija responsabbbli mill-attivita’
processjonali tad- Demm Prezzjuz ta’ Kristu li ssir fil-jum tat-
Tlieta. Tippartecipa fiz-zewg purcissjonijiet tal-jum tal-Gimgha l-
19
Kbira, kemm f’dik ta’ flighodu maghrufa bhala tal-Kalvarju u
kemm dik filghaxija maghrufa fost in-nies tal-lokal bhala d-difna
ta’ Kristu. F’Hadd il-Ghid tinghaqad ma’ fratellanza ohra biex
tiffesteggja l-Qawmien ta’ Kristu mill-mewt fit-toroq ewlenin ta’
Hellin.
KRISTU AGUNIJA
20
MARIJA ADDOLORATA werrej
21
L-origini ta’ din il-purcissjoni
jmur lura lejn it-tieni nofs
tas-seklu 19 fuq thabrik kbir
tal-kappillan tal-parrocca ta’
l-Assunzjoni. Mill-knisja tal-
Madonna ta’ l-Assunta fil-
jum ta’ l-Erbgha tat-Tniebri
tibda’ hierga il-purcissjoni
ta’ Kristu gewwa l-Ort. Il-
purcissjoni imexxija mill-
Fratellanza ta’ Kristu jitlob
fil-Getsemani, tghaddi minn
go toroq qodma tal-belt li
fihom jezitu djar li kienu ta’
nies maghrufa. F’xi
mumenti tkun il-hila tar-
reffiegha li b’manuvri bis-
sengha jghaddu minn go
dawn it-toroq dojoq.
22
Ghall-purcissjoni jigu mistiedna u jiehdu sehem dawn il-
fratellanzi:
Fratellanza tas-
Salib Imqaddes ,
Fratellanza tas-
Samaritana, ,
Fratellanza tal-
Flagell, Fratellanza
ta’ Kristu ta’
Medinaceli,
Fratellanza ta’
Gesu’ Nazzarenu
Missierna,
Fratellanza tal-
Mahfra u l-Waqa’
ta’ Kristu,
Fratellanza ta’ San
Gwann Evangelista
u l-Fratellanza tad-
Duluri.
Il-Fratellanza ta’
Kristu jitlob fl-Ort ghandha l-bidu taghha fis-sena 1867 bil-
membri jghoddu madwar 260.
L-istandard tal-fratellanza juri medalja ta’ Gesu’ jitlob f’mument
tad-deheb. Gie mahdum mis-sorijiet Karmelitani ta’ Lorca
Murcia fis-sena 1978.
23
It-tunika tal-fratelli tikkonsisti f’kunfratija bil-barnuz u cinglu
isfar, ingwanti bojod u zarbun iswed.
It-titular juri lil Kristu jitlob gewwa l-gnien taz-Zebbug konfortat
mill-angu, filwaqt li tlett appostli, Pietru , Gakbu, u Giovanni
jinsabu reqdin. L-anglu jidher qed juri lil Kristu l-Kalci tal-morr
sospiz fl-arja fuq is-sigra tal-palm u bhallikieku qed jistiednu
jixorbu, kif ried il-Missier. Il-kalci li huwa xoghol fil-fidda mahsul
bid-deheb minn gewwa sar fis-sena 2007. Il-vara hija xoghol ta’
Federico Coullaut-Valera li hadem fis-sena 1945 billi l-original
tkissret fil-gwerra civili spanjola.
Din il-fratellanza tiehu sehem fil-purcissjoni ta’ Hadd il-Palm, fil-
jum ta’ l-Erbgha tal-Gimgha Imqaddsa, meta torganizza l-
purcissjoni taghha, u fil-Gimgha l-Kbira meta tati sehem fil-
manifestazzjoni tal-Kalvarju.
L-EMBLEMA TAL-FRATELLANZA
24
IT-TITULAR TAL-FRATELLANZA werrej
25
Fil-jum ta’ Hamis ix-Xirka tinzamm il-purcissjoni tas-Silenzju li
tohrog mill-knisja tal-Kappuccini ghall-habta tas-7.30pm.
Fiha jiehdu sehem il-Fratellanzi :
Tac-Cena,
Ta’ Gesu’ Prugunier
Ta’ San Pietru
Ta’ Kristu Nkurunat bix-Xewk
Ta’ l-Ecce Homo
Ta’ Gesu’ Medinaceli
Tas-Sentenza
Ta’ Kristu tal-Hniena
Tad-Duluri, Gesu’ tal-Hniena u Gesu’ Setghan. (Din hija l-
fratellanza principali li tmexxi l-purcissjoni tas-Silenzju.)
F’din il-purcissjoni il-fratellanzi fuq imsemmija jiehdu sehem bit-
titular taghhom.
26
Taghlaq il-purcissjoni tas-Silenzju l-Fratellanza tad-Duluri
imzejna mill-isbah taht kanupew. Quddiemha fratell izomm il-
ktieb bir-regoli tal-fratellanza.
Akkolti jxejru c-censiera li jimlew l-inhawi bir-riha tfuh ta’ l-
incens. Gwardja ta’ l-unur timxi ma’ l-istatwa. Il-purcissjoni
taghlaq bil-partecipazzjoni tal-kleru kappuccin, l-awtorita’ civili,
awtorita’ militari, banda u fidili. Tradizzjonalment in-nisa liebsa
l-mantilla Spanjol klassika huma parti mill-purċissjoni .
Il-fratellanza tad-Duluri, Gesu’ tal-Hniena u Gesu’ Setghan
twaqqfet minn D. Antonio Millan Pallares formalment fis-sena
1951 ghalkemm ghandha l-origini taghha fis-sena 1948 meta
ghal-ewwel darba organizzat il-purcissjoni tas-Silenzju nhar
Hamis ix-Xirka.
Ghandha tlett statwi:
L-Addolorata ta’ Jose Fernandez Andes fis-sena 1946.
Kristu Setghan ta’ l-istess skultur fis-sena 1948
Kristu tal-Hniena ta’ Jose’ Zamorano fis-sena 1962. L-istawi
kollha tal-fratellanza jiehdu sehem fil-purcissjoni. Is-shubija hija
wahda qawwija ghax ghandhom madwar 700 membru.
27
KRISTU TAL-HNIENA
28
MARIJA ADDOLORATA
29
KRISTU SETGHAN TITULAR TAL-FRATELLANZA werrej
30
Fil-jum tal-Gimgha l-Kbira, tinzamm il-purcissjoni maghrufa
bhala l- Procesion del Calvario – il-Purcissjoni tal-Kalvarju. Din
ic-celebrazzjoni li ssir filghodu, ghandha l-bidu taghha fis-17 il-
seklu meta fuq it-talba tal-patrijiet frangiskani bdiet purcissjoni
li t-tul taghha hu preciz daqs kemm mexa’ Kristu bis-salib
minghand Pilatu sal-Kalvarju.
Il-lum din il-purcissjoni tibda fis-7.30 ta’ filghodu mill-parrocca
ta’ l-Assunta u tinvolvi l-partecipazzjoni ta’ 17 il-fratellanza u
tibda’ tiela sal-Kappella tal-Kalvarju li tinsab fuq l-ghola ta’
Hellin.
Tkun xena kommoventi meta l-vari kollha jingabru f’dan il-lok
tal-Kalvarju u tilhaq l-quccata taghha meta tasal il-vara ta’
Marija Addolorata u ssib postha hdejn dik tan-Nazzarenu u San
Gwann. Jitkanta innu quddiem l-immagini ta’ l-Addolorata u l-
partecipanti jistrieh ghal xi hin qabel ma jergghu lura ghal-knisja
ta’ l-Assunta.
Ghal hafna din hija l-qofol tac-celebrazzjonijiet tal- Gimgha
Imqaddsa.
31
MUMENTI MILL-PURCISSJONI TAL-KALVARJU
Il-fratellanza tad-Difna ta’ Mejjet torganizza l-purcissjoni taghha
fil-Gimgha l-Kbira fit-tard hafna. Mill-knisja ta’ l-Assunta tibda’
hierga l-purcissjoni ghall-habta ta’ 22.30 pm li fiha jiehdu sehem
9 fratellanzi. Ix-xbiha ta’ Kristu mejjet huwa kapulavur ta’
Mariano Benlluire; dan ix-xoghol hu kunsiderat bhal l-quccata
ta’ l-iskultura ta’ l-20 seklu u huwa xoghol li rnexxilu jsalva l-
qerda ta’ gwerra civili spanjola li tant qerdet xoghlijiet sagri
sbieh u ta’ pregju. Wiehed jinnota li matul din il-purcissjoni
ssaltan gabra u devozzjoni kbira.
Il-fratellanza twaqqfet fis-sena 1942 u prezentement ghandha
madwar 108 membru. F’Hadd il-Palm tiehu sehem bha
fratellanzi l-ohra kollha permezz ta’ rappresentanza.
L-istandard tal-fratellanza juri pittura taz-zejt ta’ wicc Kristu fuq
bellus vjola irrakmat bid-deheb fuq dissin ta’ Luis Sanchez Lopez
mis-sorijiet Karmelitani ta’ Albacete.
32
L-ADDOLORATA FUQ L-GHOLJA TAL-KALVARJU
It-tunika tal-fratelli hija vjola li tinqafel fuq il-qadd b’cinglu
iswed. Il-wicc jinheba permezz ta’ barnuz li jibqa’ niezel sas-
sider u li jkollu l-emblema tal-fratellanza rrakmat fuq sfond
iswed. Lazz iswed izomm il-barnuz mar-ras. Jilbsu wkoll
ingwanti bojod u zarbun iswed.
33
L-ISTANDARD
34
LIBSA TAL-FRATELL
35
IL-MONUMENT werrej
36